STATUTI PARTIKULARI TAL-FRATERNITÀ NAZZJONALI TA’ MALTA
TA’ L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR
Redazzjoni finali
korretta bis-suġġerimenti
tal-Ministru Ġeneral Emanuela De Nunzio OFS
u ta’ L-Assistant Ġenerali p. Valentin Redondo OFM Conv.,
riveduta mill-Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali,
bil-konsultazzjoni mal-Fraternitajiet Lokali,
u mressqa għall-approvazzjoni definittiva
u għall-konferma tal-Ministru Ġeneral
u tal-Kunsill tal-Presidenza OFS
PRO MANUSCRIPTO
Kunsill Nazzjonali OFS Malta 2000
STATUTI PARTIKULARI TAL-FRATERNITÀ NAZZJONALI TA’ MALTA TA’ L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR
INTRODUZZJONI .
L-Ordni Franġiskan Sekular fil-gżejjer Maltin ilu jeżisti minn kemm ilhom preżenti l-aħwa ta’ l-Ewwel Ordni Franġiskan. Il-Fraternitajiet antiki tat-Terz’Ordni kienu twaqqfu filkunventi Franġiskani kollha u f’ħafna parroċċi tal-kleru djoċesan. Illum il-ġurnata, ilFraternitajiet Lokali tal-Franġiskani Sekulari f’Malta, imwaqqfin mill-Ewwel Ordni, u li jgħixu skond ir-Regola ta’ Pawlu VI, huma dawn li ġejjin:
1. Fraternità ta’ S. Franġisk (Birkirkara)
2. Fraternità tas-Salib Imqaddes (Floriana)
- Fraternità ta’ S. Antnin ta’ Padova (Għajnsielem - Gozo) (Qed tiġi ffurmata)
3. Fraternità ta’ S. Franġisk (Ħamrun)
4. Fraternità ta’ S. Liberata (Kalkara)
5. Flaternità tat-Trinità Qaddisa (Marsa)
6. Fraternità tal-Verġni Marija Reġina (Marsa)
- Fraternità ta’ San Ġużepp (Msida) (Qed tiġi ffurmata)
7. Fraternità ta’ S. Antnin ta’ Padova (Paola)
- Fraternità ta’ S. Franġisk (Rabat)
8. Fraternità ta’ S. Marija ta’ Ġesù (Rabat)
9. Fraternità tal-Verġni Marija ta’ Lourdes (San Ġwann)
- Fraternità ta’ S. Franġisk (S. Pawl il-Baħar - Qawra - Burmarrad)
- Fraternità tal-Verġni Marija tal-Qalb ta’ Gesù (Sliema)
- Fraternità ta’ S. Franġisk (Valletta) (Qed tiġi ffurmata)
- Fraternità ta’ S. Marija ta’ Ġesù (Valletta) (Qed tiġi ffurmata)
- Fraternità ta’ S. Franġisk (Victoria - Gozo)
10. Fraternità tal-Verġni Marija tal-Grazzji (Victoria - Gozo)
IL-FRATERNITÀ NAZZJONALI TA’ MALTA
Artiklu 1. Kostituzzjoni tal-Fraternità Nazzjonali
1. Il-Fraternità Nazzjonali ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular (OFS) ta’ Malta hi persuna ġuridika pubblika rikonoxxuta mill-Konferenza Episkopali ta’ Malta. L-istatus ċivili tagħha fir-Repubblika ta’ Malta hu dak ta’ assoċjazzjoni pubblika tal-Knisja Kattolika.
2. L-OFS ta’ Malta hu magħmul minn Fraternità Nazzjonali maqsuma fi Fraternitajiet Lokali (Kostituzzjonijiet Ġenerali OFS 1§5 = KK.ĠĠ. 1§5).
3. L-animazzjoni u t-tmexxija tal-Fraternità Nazzjonali hi l-kompetenza tal-Kunsill Nazzjonali flimkien mal-Ministru Nazzjonali, li jiġu eletti skond il-leġislazzjoni ta’ l-OFS.
4. Il-Fraternità Nazzjonali hi organizzata fi qbil mal-Liġi Kanonika, mar-Regola OFS, mal-Kostituzzjonijiet Ġenerali, ma’ l-Istatuti Ġenerali u Partikulari, u mar-Ritwal.
5. Il-Fraternità Nazzjonali ta’ Malta hi immexxija minn dawn l-Istatuti, li jiġu approvati u emendati matul il-Kapitlu Elettiv Nazzjonali (KK.ĠĠ. 65§3).
6. Il-Fraternità Nazzjonali għandha s-sede uffiċjali tagħha f’dan l-indirizz:
Ordni Franġiskan Sekular
Kunsill Nazzjonali
C/O Kunvent tal-Kapuċċini
Triq l-Isqof FX. Fenech
Floriana VLT 14 - Malta (KK.ĠĠ. 65§3).
7. Il-Fraternità Nazzjonali ta’ Malta tagħmel parti mill-grupp ta’ lingwa Ingliża ta’ lOFS. Id-dokumentazzjoni uffiċjali tagħha tiġi ippubblikata bl-Ingliż u l-Malti.
Artiklu 2. Tmexxija tal-Fraternità Nazzjonali
Il-Fraternità Nazzjonali hi immexxija mill-Kunsill Nazzjonali u mill-Eżekuttiv Nazzjonali. Il-Kunsill Nazzjonali hu magħmul mill-Eżekuttiv Nazzjonali, mill-Ministri talFraternitajiet Lokali, u mill-Konferenza ta’ l-Assistenti Nazzjonali. L-Eżekuttiv Nazzjonali hu magħmul mill-Ministru Nazzjonali, Viċi Ministru Nazzjonali, Segretarju Nazzjonali, Ekonomu Nazzjonali, Direttur tal-Formazjoni, Kunsillier Internazzjonali, tliet Kunsillieri eletti, u l-Konferenza ta’ l-Assistenti Nazzjonali.
Artiklu 3. II-Kunsill Nazzjonali
1. Il-Kunsill Nazzjonali għandu qawwiet leġislattivi, deliberattivi u elettivi fil-limiti tal-konfini nazzjonali tiegħu u fi qbil mar-Regola u l-Kostituzzjonijiet OFS.
2. Il-Kunsill Nazzjonali jiltaqa’ għall-elezzjonijiet darba kull tliet snin. Il-Ministru Nazzjonali jsejjaħ ukoll il-Kunsill Nazzjonali għal-laqgħa almenu darbtejn fis-sena, b’avviż li jingħata xahar qabel.
3. Il-Kunsill Nazzjonali għandu dawn id-dmirijiet:
a. Li jġib ‘il quddiem l-ispiritwalità ta’ l-OFS f’Malta;
b. Li jipprepara l-Kapitlu Nazzjonali Elettiv;
c. Li jeleġġi r-rappreżentant nazzjonali u d-delegat li jissostitwih fil-Kunsill Internazzjonali;
d. Li jiffissa budget annwali, li jinkludi l-kontribuzzjoni annwali lill-Kunsill Internazzjonali ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular;
e. Li jiffissa l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li l-Fraternitajiet Lokali jikkontribwixxu lill-Kunsill Nazzjonali.
Artiklu 4. L-Eżekuttiv Nazzjonali
1. L-Eżekuttiv Nazzjonali jiġi elett matul il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv. Il-membri kollha ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali għandhom dritt għall-vot.
2. Il-Ministru Nazzjonali jsejjaħ lill-Eżekuttiv Nazzjonali almenu sitt darbiet fis-sena, b’avviż li jingħata gimgħatejn qabel.
3. Id-dmirijiet ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali huma:
a. Li janima u jmexxi lill-OFS fuq livell nazzjonali.
b. Li jorganizza irtiri, laqgħat, seminars, ġranet ta’ studju, missjonijiet popolari, pubblikazzjonijiet u apostolat tal-medja, biex iġib ’il quddiem l-OFS f’Malta (KK.ĠĠ. 68§2).
Artiklu 5. Dmirijiet ta’ l-Uffiċjali ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali
1. Il-Ministru Nazzjonali:
a. Isejjaħ u jippresjiedi l-laqgħat tal-Kunsill Nazzjonali u ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali;
b. Jaġixxi bħala r-rappreżentant legali ta’ l-OFS quddiem l-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi;
c. Jagħmel il-Viżta Fraterna tal-Fraternitajiet Lokali personalment jew permezz ta’ delegat;
d. Jibgħat rapport annwali tal-ħidma mwettqa mill-Kunsill Nazzjonali lillPresidenza tal-Kunsill Internazzjonali (CIOFS);
e. Jagħti relazzjoni dwar l-OFS kull meta jiġi msejjaħ biex jagħmel dan matul ilKapitli Provinċjali tal-Familji ta’ l-Ewwel Ordni Franġiskan;
f. Jiffirma d-dokumenti uffiċjali kollha tal-Kunsill Nazzjonali u jiffirma flimkien ma’ l-Ekonomu l-kontijiet fil-banek li jkollha l-Fraternità Nazzjonali;
g. Jitlob il-Viżta Fraterna mill-CIOFS u l-Viżta Pastorali mill-Konferenza Ġenerali ta’ l-Assistenti OFS;
h. Jikkura r-relazzjonijiet bejn il-CIOFS u l-Fraternità Nazzjonali, permezz talKunsillier Internazzjonali.
2. Il-Viċi Ministru Nazzjonali:
a. Jidhol flok il-Ministru Nazzjonali kull darba li jku impedit leġittimament;
b. F’każ ta’ uffiċċju vakanti tal-Ministru Nazzjonali, il-Viċi Ministru Nazzjonali jidhol floku skond dak li jingħad fil-KK.ĠĠ. 81 § 1.
3. Is-Segretarju Nazzjonali:
a. Iżomm fl-ordni d-dokumentazzjoni kollha relattiva għall-Kunsill Nazzjonali u għall-Eżekuttiv Nazzjonali;
b. Jikteb u jqassam il-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Nazzjonali u ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali;
c. Javża lill-membri kollha minn qabel dwar il-laqħat;
d. Jieħu ħsieb ta’ l-arkivji tal-Fratemità Nazzjonali;
e. Jifformula kronaka dwar il-ġrajjiet ewlenin tal-Fratemità Nazzjonali OFS f’Malta.
4. L-Ekonomu Nazzjonali:
a. Iżomm akkont tal-flus u proprjetà tal-Fratemità Nazzjonali u jagħti rendikont lill-Kunsill Nazzjonali u lill-Eżekuttiv Nazzjonali;
b. Jamministra l-fondi tal-Fraternità Nazzjonali, taħt it-tmexxija tal-Ministru Nazzjonali, li miegħu hu jiffirma l-kontijiet kollha fil-bank;
c. Iżomm fl-ordni l-kotba ta’ l-amministrazzjoni tal-Fraternità Nazzjonali;
d. Jagħti rapport finanzjarju annwali u l-budget għas-sena li tkun ġejja lill-CIOFS u lill-Kunsill Nazzjonali, jekk hemm bżonn, bl-għajnuna ta’ accountant kwalifikat.
5. Id-Direttur tal-Formazzjoni Inizjali u Permanenti:
a. Jikkoordina l-pjan ta’ Formazzjoni Inizjali u Permanenti fuq livell nazzjonali;
b. Jiġi megħjun minn équipe ta’ kollaboraturi għall-formazzjoni fuq livell nazzjonali, li jkun magħmul minn wiehed mill-Assisenti Nazzjonali flimkien ma’ żewġ Franġiskani Sekulari professi li jaħdmu bħala Animaturi u jkunu rċevew preparazzjoni xierqa fil-formazzjoni;
c. Jagħmel viżta annwali fil-Fratemitajiet Lokali kollha biex jivverifika l-pjan ta’ Formazzjoni Inizjali u Permanenti u l-fedeltà tal-Kunsill Lokali fl-applikazzjoni serja tal kriterji għad-dħul u l-professjoni tal-kandidati.
6. Il-Kunsillier Internazzjonali:
Il-kompetenzi tal-Kunsillier Internazzjonali jinsabu fl-Istatuti tal-Fratemità Internazzjonali OFS, Artikli 22 - 24.
Artiklu 6: Kontroll tal-Proprjetà tal-Fraternità Nazzjonali OFS ta’ Malta
Il-kotba ta’ l-amministrazzjoni u l-kontijiet tal-bank tal-Fraternitajiet Nazzjonali u Lokali jiġu miftuħin b’ordni tal-Ministru Nazzjonali jew tal-Kunsill Nazzjonali, kif ukoll matul il-Viżta Fraterna mir-rappreżentanti tal-CIOFS. Jekk il-Fraternità Nazzjonali ma tibqax teżisti, dak kollu li għandha rigward flus jew proprjetà jiġi amministrat millPresidenza tal-Kunsill Internazzjonali OFS f’Ruma. F’każ li ma tibqax teżisti Fraternità Lokali, dak kollu li għandha rigward flus jew proprjetà jaqa’ taħt l-amministrazzjoni talKunsill Nazzjonali OFS ta’ Malta (“obveniunt personae iuridicae immediate superiori”, Codex Iuris Canonici, can. 123).
Artiklu 7: Quorum u Maġġoranza Assoluta waqt il-Proċeduri ta’ Votazzjoni
1. Il-Kunsill Nazzjonali u l-Eżekuttiv Nazzjonali ma jistgħux jiltaqgħu jekk ma jkunx hemm quorum preżenti. Il-quorum jikkonsisti fil-maġġoranza assoluta (wieħed fuq in-nofs) tan-numru tal-persuni li obbligati jidħlu għal-laqgħa.
2. Kull meta titressaq votazzjoni fil-Kapitlu Nazzjonali Elettiv, jew fil-Kunsill Nazzjonali jew fl-Eżekuttiv Nazzjonali, din trid iġġib maġġoranza assoluta biex torbot.
3. Il-votazzjoni normalment issir bil-wiri ta’ l-idejn. Votazzjoni sigrieta trid issir filkaż ta’ elezzjonijiet, għad-dħul tal-kandidati, għall-professjoni, sospensjoni jew tkeċċija mill-Fraternità, jew kull meta xi membru jagħmel rikjesta espliċita.
Artiklu 8: Il-Kapitlu Elettiv tal-Fraternità Nazzjonali
1. Il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv għandu jissejjaħ kull tliet snin, skond in-normi miktuba fil-KK.ĠĠ. 76-80. Il-membri “ex-officio” tal-Kapitlu huma dawk fil-Kunsill Nazzjonali, u t-tliet Assistenti Nazzjonali. Jintagħżel delegat minn kull Fraternità Lokali li jkollha sa 49 membru profess, u ieħor minn kull Fraternità Lokali li jkollha ’l fuq minn 50 membru profess. Kemm-il darba l-Ministru tal-Fraternità jkun jokkupa wkoll uffiċċju fl-Eżekuttiv Nazzjonali, jintagħżel delegat floku minn dik il-Fraternità. ld-delegati ma jidħlux filKapitlu bħala rappreżentanti tal-Fraternitajiet Lokali, imma bħala delegati ta’ l-OFS f’Malta. Il-Franġiskani Sekulari kollha li jixtiequ, jistgħu jidħlu fil-post fejn jiġi iċċelebrat il-Kapitlu bħala osservaturi, mingħajr ma jindaħlu fil-proċeduri tal-Kapitlu (KK.ĠĠ. 77§2).
2. Il-Kunsill Nazzjonali jikkomunika d-data tal-Kapitlu Nazzjonali Elettiv lill-Ministru Ġeneral u lill-CIOFS sitt xhur qabel iċ-ċelebrazzjoni tiegħu, u jitlob President u Assistent xhud għall-elezzjonijiet.
3. Il-konvokazzjoni uffiċjali tal-Kapitlu Nazzjonali Elettiv trid tintbagħat lillFranġiskani Sekulari kollha tliet xhur qabel. Id-dokument, iffirmat mill-Ministru Nazzjonali, jrid jindika l-post, id-data, il-ħin u l-aġenda tal-Kapitlu Nazzjonali Elettiv. Immedjatament wara għandha ssir l-għażla għad-delegati li jidħlu fil-Kapitlu.
4. Xahar qabel il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv, tiġi ifformulata lista ta’ nominazzjonijiet mill-Kunsill Nazzjonali, u tintbagħat lid-delegati għall-Kapitlu. Tiġi ippreżentata skeda personali għal kull nomina. Persuna ma tistax tkun nominata għal aktar minn żewġ uffiċċji. Il-votanti fil-Kapitlu jibqgħu ħielsa li jivvutaw għal kull membru profess fl-Ordni Franġiskan Sekular.
5. Il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv ma għandux jiġi limitat għall-elezzjonijiet. Hu opportunità unika għat-tiġdid ta’ l-OFS. Il-Ministru Nazzjonali jippreżenta relazzjoni dettaljata lill-Kapitlu. L-aġenda li tiġi ippreżentata qabel il-Kapitlu għandha tiġi segwita biex tiżgura effiċjenza u ordni. għandu jinħatar Moderatur għal kull sessjoni plenarja talKapitlu, u dan għandu jiġi mħejji biex imexxi d-diskussjonijiet fil-Kapitlu. Il-ħatra ta’ Segretarju għall-Kapitlu u ta’ żewġ Skrutaturi għall-elezzjonijiet issir skond dak li jingħad fil-KK.ĠĠ. 76§4.
6. Il-minuti kollha, id-dokumentazzjoni rigward l-elezzjonijiet, u materjal dokumentarju ieħor tal-Kapitlu Nazzjonali Elettiv għandhom isiru f’verżjoni bl-Ingliż u oħra bil-Malti, li iffirmati mill-President, Assistent xhud, u Segretarju. Il-verżjoni bl-Ingliż tintbagħat lill-CIOFS f’Ruma, u kopja tagħha flimkien mal-verżjoni bil-Malti tinżamm flarkivji tal-Kunsill Nazzjonali.
7. Matul il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv il-membri ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali li jispiċċa li ta’ dak li jidħol floku, wara l-elezzjonijiet, huma membri bi dritt tal-vot sa tmiem il-Kapitlu.
8. Iċ-ċelebrazzjonijiet matul il-Kapitlu għandhom isiru skond dak li hu preskritt firRitwal.
9. Sitt xhur wara l-Kapitlu, il-Kunsill Nazzjonali ġdid jitlob lill-Ministru Ġeneral biex jagħmel il- Viżta Fraterna, u lill-Konferenza ta’ l-Assistenti Ġenerali biex tibgħat id-delegat tagħha biex jagħmel il- Viżta Pastorali.
***************************
IL-FRATERNITÀ LOKALI
Artiklu 9:
1. It-twaqqif kanoniku ta’ Fraternitajiet Lokali ġodda jsir skond ma jiġi preskritt fil-Kostituzzjonijiet Ġenerali, artikli 46-48.
2. Jekk xi Fraternità Lokali, għal raġunijiet validi, trid tgħaddi għall-assistenza pastorali ta’ familja religjuża oħra ta’ l-I Ordni Franġiskan, għandha tagħmel talba uffiċjali lill-Eżekuttiv Nazzjonali. Il-Ministru Nazzjonali imbagħad jikkuntattja lis-Superjuri Maġġuri rispettivi. Il-permess li Fraternità tgħaddi għall-kura pastorali ta’ ubbidjenza religjuża Franġiskana oħra torbot lill-Fraternità Lokali li ma titlobx trasferiment ieħor għal perjodu ta’ almenu sitt snin (KK.ĠĠ. 47§2).
3. Il-Kunsill tal-Fraternità Lokali hu magħmul skond dak li jingħad fil-Kostituzzjonijiet Ġenerali, Artiklu 49§2. L-uffiċjali eletti huma l-Ministru, Viċi Ministru, Segretarju u Ekonomu. Jistgħu jiġu eletti mhux aktar minn tliet kunsillieri, li jkollhom dmirijiet partikulari, u skond in-numru ta’ Franġiskani Sekulari professi fil-Fraternità. Wieħed minnhom hu responsabbli għall-Formazzjoni Inizjali u Permanenti. L-elezzjonijiet kanoniċi għandhom isiru skond ma jingħad fil-Kostituzzjonijiet Ġenerali, artikli 76-80. L-Eżekuttiv Nazzjonali jaħtar il-President u l-Assistent xhud tal-Kapitli elettivi tal-Fraternità Lokali.
4. Id-dmirijiet tal-Ministru u l-Kunsill huma indikati fil-KK.ĠĠ. 50-52. Il-fraternità Lokali trid iżżomm arkivju li fih jitqiegħed f’ordni l-materjal ta’ dokumentazzjoni. IsSegretarju, jew xi membru ieħor tal-Fraternità, jikteb il-kronaka, u fiha jniżżel il-ġrajjiet ewlenin tal-Fraternità. L-Ekonomu, flimkien mal-Ministru, jamministra l-flus tal-Fratemità u jippreżenta rapport annwali kif ukoll budget. Il-kontijiet tal-bank għandhom jiġu iffirmati mill-Ministru u mill-Ekonomu bħala prokuraturi “pro tempore”.
5. It-trasferiment għal Fraternità oħra, il-ħruġ, is-sospensjoni jew it-tkeċċija millFraternità, jridu jsiru eżattament kif jiġi preskritt fil-KK.ĠĠ. 55-60.
6. Meta tinqala’ xi ħtieġa partikulari, xi sezzjoni mill-Fraternità Lokali li jkollha interessi komuni tista’ tikkostitwixxi grupp distint fi ħdan l-istess Fraternità, u torganizza laqgħat għaliha, bid-dmir li tibqa’ tieħu sehem b’mod sħiħ fil-laqgħat l-oħra kollha tal-Fraternità. Dawn il-gruppi jistgħu jkunu iffurmati għal membri aktar żgħażagħ jew ġodda, jew għal koppji miżżewġin fil-Fraternità (KK.ĠĠ. 34).
7. Membri tal- Kleru Djoċesan huma milqugħin li jissieħbu fil-Fraternitajiet Lokali, bilkundizzjoni li jridu jieħdu sehem f’kors ta’ formazzjoni Franġiskana, ikunu motivati minn spirtu ġenwinament Franġiskan u jagħmlu l-mixja kollha ta’ formazzjoni inizjali. Huma għandhom id-dmir li jingħaqdu mal-Fraternità Lokali fil-laqgħat kollha tagħha, u jamministraw il-ħtiġijiet pastorali tal-membri tagħha, mingħajr konflitt ta’ interessi malministeru ta’ l-Assistent (KK.ĠĠ. 35).
***************************
IL-FRATERNITÀ LOKALI:
SPIRTU TA’ TALB U DEVOZZJONI
Artiklu 10. Irtiri
Il-Fraternità Lokali torganizza irtir darbtejn fis-sena. Tista’ tingħaqad ma’ Fraternitajiet oħrajn għall-irtiri. L-irtir isir esperjenza ta’ Fraternità li tagħti widen għallKelma ta’ Alla u titlob flimkien. L-irtir ma għandux jieħu sura ta’ laqgħa ordinarja talFraternità. Hu irrikmandat li jiġi iddedikat almenu jum sħiħ għall-irtir. Forom ġodda ta’ irtiri għal gruppi iżgħar fi ħdan il-Fraternità tajjeb li jsiru, bħalma huma “directed” u “guided retreats”, kapitli ta’ tiġdid, u esperjenzi tar-regola Franġiskana għall-eremitaġġi (KK.ĠĠ. 13§1).
Artiklu 11. L-Ewkaristija
Il-Fraternità Lokali tgħix fi spirtu ta’ għaqda meta taqsam flimkien il-Kelma ta’ Alla u l-Ħobż tal-ħajja fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Darba fix-xahar il-Fraternità Lokali tiltaqa’ għaċ-ċelebrazzjoni komuni ta’ l-Ewkaristija, “iċ-ċentru tal-hajja tal-Fraternità” (KK.ĠĠ. 14§2; 53§2).
Artiklu 12: Dimensjoni Penitenzjali
Id-dimensjoni penitenzjali tal-ħajja Franġiskana Sekulari tidher l-aħjar fiċċelebrazzjoni tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni fil-kuntest ta’ ċelebrazzjoni penitenzjali. Il-Fraternità Lokali hi mħeġġa li torganizza dawn iċ-ċelebrazzjonijiet l-aktar matul l-irtiri fl-Avvent u fir-Randan (KK.ĠĠ. 13§1).
Artiklu 13: Ministeru Liturġiku
Il-Fraternità Lokali trid tħarreġ lill-membri tagħha biex jieħdu sehem attiv flanimazzjoni liturġika waqt ċelebrazzjonijiet fil-kuntest tal-komunità lokali li tiltaqa’ filknejjes Franġiskani jew parrokkjali li magħhom hi marbuta l-Fraternità. Il-Franġiskani Sekulari huma mħeġġin jieħdu taħriġ professjonali biex isiru letturi, katekisti u ministri straordinarji ta’ l-Ewkaristija (KK.ĠĠ. 14§3).
Artiklu 14: Liturġija tas-Sigħat
L-għaqda bejn il-Fraternità Lokali u l-aħwa ta’ l-I Ordni tidher l-aktar meta sSekulari jiġu fraternament milqugħin biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni komuni talLiturġija tas-Sigħat, bħala membri attivi tal-poplu ta’ Alla. Il-Liturġija tas-Sigħat għandha tingħata l-ewwel post waqt il-laqgħat tal-Fraternità. Għall-membri aktar anzjani u morda tal-Fraternità Lokali li jsibuha diffiċli jitolbu l-Liturġija tas-Sigħat, l-Uffiċċju tat-tnax-il Missierna jista’ jibqa’ jintuża bħala forma utli ta’ talb (KK.ĠĠ. 14§3).
Artiklu 15: Devozzjonijiet :Franġiskani
Il-Fraternità Lokali trid tkun taf liema huma l-forom Franġiskani ta’ talb popolari u tħeġġiġhom, mingħajr ma taqa’ f’devozzjonalizmu li m’għadux jappella għall-insara kontemporanji. Id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Kristu (il-Via Crucis) u d-devozzjoni lejn il-Verġni Marija (Kuruna Franġiskana) (KK.ĠĠ. 16), l-adorazzjoni ewkaristika u ċċelebrazzjonijiet komuni tal-Kelma ta’ Alla, b’taħriġ fil-meditazzjoni personali jew “lectio divina”, jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira biex jiġu iċċelebrati l-misteri kbar tal-fidi tagħna (KK.ĠĠ. 9; 14§5).
Artiklu 16: Talb għall-Aħwa Mejtin
Il-Fraternità Lokali għandha d-dmir li titlob għall-aħwa li laqgħu lil “oħtna l-mewt tal-ġisem” fi spirtu Franġiskan. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jiġu avżati mill-Ministru tagħhom u jieħdu sehem fl-Ewkaristija tal-funerali ta’ ħuthom, kif ukoll ta’ l-Assistenti u sSuperjuri Maġġuri ta’ l-I Ordni Franġiskan. Għandhom ukoll jiċċelebraw il-Liturġija tasSigħat jew xi forom oħrajn ta’ talb. Matul ix-xahar ta’ Novembru l-Fraternità għandha titlob b’mod speċjali għall-membri tagħha mejtin.
***************************
IL-FRATERNITÀ LOKALI:
MISSJONI TA’ EVANĠELIZZAZZJONI FIL-KNISJA
U FID-DINJA
Artiklu 17. Għamliet ta’ Apostolat
1. Il-Fraternità Lokali hi l-ambjent fejn il-Franġiskani Sekulari jiġu evanġelizzati u minn fejn huma jevanġelizzaw. Is-Sekulari huma evanġelizzati fl-ispirtu tal-bejatitudni billi jagħtu widen għall-Kelma ta’ Alla, u b’qari intelliġenti tas-sinjali taż-żminijiet preżenti filKnisja u fis-soċjetà.
2. Il-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal-Fraternità tista’ tinfirex f’diversi oqsma ta’ apostolat: gruppi ta’ familji, gruppi ta’ katekeżi u talb, ħidma soċjali fost l-anzjani, persuni p’diżabilità jew morda, impenn favur il-paċi, ġustizzja u l-integrità tal-ħolqien (KK.ĠĠ. 18).
3. Kull Fraternità tista’ tħabrek biex tispeċjalizza f’xi tip ta’ apostolat li jaqbel malħtiġijiet ta’ l-ambjent lokali li fih taħdem. Dak li jgħodd mhuwiex x’kapaċi tagħmel ilFraternità, imma l-ispirtu Franġiskan ta’ minorità li għandu jimla l-ħidma apostolika tagħha (KK.ĠĠ. 19).
Artiklu 18. Inseriti fis-Soċjetà
Il-Franġiskani Sekulari li għandhom responsabiltajiet soċjali jew politiċi għandhom jagħrfu l-importanza tal-missjoni evangelizzatriċi tagħhom fis-soċjetà. Fil-fatt, dawk ilFranġiskani Sekulari kwalifikati huma mħeġġin jieħdu parti attiva fil-qasam soċjali, f’oqsma bħalma huma l-kultura, l-edukazzjoni, unions tal-ħaddiema u l-kunsilli lokali tal-bliet u rħula (KK.ĠĠ. 20-22).
Artiklu 19. Mistrieħ u Rikrejazzjoni
Il-Fraternità lokali għandha tipprovdi mezzi għar-rikrejazzjoni tal-membri tagħha, b’mod li jħossuhom ferħanin li jkunu flimkien f’mumenti ta’ mistrieħ. Xi laqgħat tal-Fraternità għandhom jigu diretti lejn dan l-iskop (KK.ĠĠ. 2l§2).
Artiklu 20. Non-vjolenza
Il-Franġiskani Sekulari għandhom jagħtu xhieda li huma persuni li jħobbu l-paċi. Huma għandhom jibqgħu fidili mat-tradizzjoni tagħhom li jiċħdu għal kull għamla ta’ vjolenza, u li ma jġorrux armi. Il-Kunsill tal-Fraternità għandu jfakkar lill-aħwa kollha dwar id-qmir li jagħmlu testment fi żmien tajjeb, mingħajr ma jindaħal fil-mod kif huma jiddisponu minn ġidhom (KK.ĠĠ. 23).
Artiklu 21. Il-Koppji Miżżewġin
Il-koppji miżżewġin huma don uniku għall-Fraternità. L-esperjenza tagħhom talħajja miżżewga fi Kristu tinqasam mal-Fraternità. Huma “joħolqu kundizzjonijiet tajba għal djalogu bejn ġenerazzjoni u oħra”, b’tali mod li jipprovdu l-mezzi biex iżommu kuntatt u janimaw il-moviment taż-Żgħażagħ Franġiskani. F’kull Fraternità, il-koppji miżżewġin jistgħu wkoll jiltaqgħu flimkien bħala gruppi distinti minħabba l-formazzjoni nisranija tagħhom fl-istat ta’ miżżewġin, imħares dak li jgħid l-Art. 9§6. Hu d-dmir tal-membri miżżewġin tal-Fraternità li jorganizzaw il-moviment tat-Tfal Franġiskani skond lindikazzjonijiet mogħtija mill-gvern ġenerali ta’ l-Ordni (KK.ĠĠ. 24-25).
Artiklu 22. Aħwa Anzjani u Morda
Il-Fraternità Lokali għandha d-dmir li tiddelega xi wħud mill-membri tagħha biex regolarment iżuru u jieħdu kura partikulari tal-membri anzjani u morda li jinsabu fi djarhom jew fi djar għall-anzjani, kif ukoll li jwasslulhom l-aħbarijiet dwar il-laqgħat tal-Fraternità. Dawn il-membri għandhom id-dritt li jigu ipprovduti bl-għajnuna morali u materjali li għandhom bżonn mill-membri l-oħrajn tal-Fraternità, filwaqt li joffru t-tbatijiet tagħhom bħala s-sehem tagħhom fil-missjoni evanġelizzatriċi ta’ l-aħwa (KK.ĠĠ. 26-27).
***************************
IL-FRATERNITÀ LOKALI:
IL-FORMAZZJONI
Artiklu 23. Pjan ta’ Formazzjoni
L-Eżekuttiv Nazzjonali għandu d-dmir li jipprovdi pjan ta’ formazzjoni lillFraternitajiet Lokali kollha. Dan għandu jsir fi qbil mal-pjan ta’ formazzjoni ta’ l-OFS, u jinbena fuq id-dimensjonijiet umani, insara u Franġiskani (KK. ĠĠ. 37).
Artiklu 24. Promozzjoni Vokazzjonali
Il-Fraternità Lokali, jekk trid tibni l-futur tagħha, trid tieħu b’serjetà kbira l-ħidma li ssib vokazzjonijiet għall-OFS. Din ir-responsabiltà taqa’ speċjalment fuq il-Ministru u dDirettur tal-Formazzjoni, li jifformulaw kriterji għal dixxerniment vokazzjonali, filwaqt li jieħdu kura partikulari għall-maturità, moħħ miftuħ u entużjażmu tal-kandidat biex jaħdem flimkien ma’ ħaddieħor (KK.ĠĠ. 38§1; 45).
Artklu 25. L-ewwel kuntatt ma’ l-OFS
1. Il-perjodu ta’ l-ewwel kuntatt ma’ l-OFS idum ta’ l-inqas sitt xhur. Jista’ jibda b’ċerimonja sempliċi ta’ laqgħa fi ħdan il-Fraternità. Matul dan il-perjodu l-kandidat jidħol f’kuntatt mal-Fraternità li tilqgħu, jiġi mistieden għal-laqgħa ta’ kull xahar, u jivverifika lvokazzjoni bl-għajnuna tad-Direttur tal-Formazzjoni (KK.ĠĠ. 38§2).
2. Id-deċiżjoni li jiġu milqugħin membri ġodda fil-Fraternità taqa’ fuq il-Kunsill talFraternità Lokali flimkien mal-Ministru. L-opinjoni tad-Direttur tal-Formazzjoni trid tingħata importanza meta wieħed idaħħal membri ġodda (KK.ĠĠ. 38§3).
Arfiklu. 26. Rekwiżiti għad-Dħul
1. Jekk kandidat jitlob li jidħol fi Fraternità Lokali għandu jkollu almenu 18-il sena, u jrid jagħti t-talba tiegħu bil-miktub lill-Ministru responsabbli għal dik il-Fraternità. Irrekwiżiti għad-Dħul li huma deskritti fil-KK.ĠĠ. 39 għandhom jiġu mħarsa b’attenzjoni kbira.
2. Hu importanti li persuna li titlob li tidħol fl-OFS tirċievi għarfien bażiku tal-kariżma Franġiskan. Il-Kors ta’ Studji Franġiskani hu speċifikament ippjanat biex jaqdi dan l-iskop. Il-Ministru u l-Kunsill tal-Fraternità Lokali jridu jiżguraw ruħhom li ma jaċċettawx membri ġodda li ma rċevewx preparazzjoni bażika fil-kariżma Franġiskan almenu għal sitt xhur qabel id-dħul tagħhom fil-Fraternità.
Artiklu 27. Formazzjoni qabel il-Professjoni
1. Ir-rit tad-dħul jiġi ċċelebrat skond ir-Ritwal. Il-perjodu ta’ formazzjoni tal-bidu jdum għal sentejn, b’tali mod li jiżgura tweġiba matura għall-vokazzjoni qabel ma ssir il professjoni (KK.ĠĠ. 40§ 1).
2. Il-perjodu ta’ formazzjoni tal-bidu għandu l-iskop li jifforma lill-Franġiskani Sekulari fl-Iskrittura Mqaddsa, fil-kitbiet u l-ispiritwalità ta’ San Franġisk, u l-aktar flistudju tar-Regola u l-Kostituzzjonijiet, kif ukoll fl-istorja ta’ l-OFS u fil-missjoni ta’ evangelizzazzjoni tiegħu fid-dinja llum (KK.ĠĠ. 40§2).
3. Matul il-perjodu ta’ formazzjoni tal-bidu s-Sekulari huma mistiedna għal-laqgħa u lEwkaristija tal-Fraternità, kif ukoll għall-irtiri. Ruma obbligati ukoll biex isegwu l-laqgħat regolari mad-Direttur tal-Formazzjoni. Jekk in-numru ta’ persuni fil-formazzjoni inizjali mhuwiex għoli, diversi Fraternitajiet Lokali jistgħu jorganizzaw laqgħat formattivi flimkien. Għandhom ukoll jiehdu parti attiva fil-missjoni ta’ evangelizzazzjoni talFraternità. (KK.ĠĠ. 40§3).
Artiklu 28. Il-Professjoni
1. L-ammissjoni għall-Professjoni wara l-formazzjoni tal-bidu ssir skond ma hu mitlub fil-KK.ĠĠ. 41. Il-kandidat għall-professjoni jippreżenta talba bil-miktub lill-Ministru Lokali. Il-Kunsill tal-Fraternità flimkien mal-Ministru jiddeċiedu dwar li jaċċettaw kandidat għall-professjoni permezz ta’ vot sigriet. L-età minima għall-professjoni filFraternitajiet Lokali hi ta’ 23 sena, imħares dak li jgħid il-paragrafu 4 ta’ din it-taqsima.
2. Is-sinjal distintiv ta’ sħubija fl-Ordni hu t-TAU Franġiskan. Hu projbit f’kull żmien li wieħed juża sinjali distintivi oħrajn, bħalma huma l-iskapular, kurdun jew saħansitra llibsa Franġiskana għax dawn huma sinjali tal-ħajja ikkonsagrata u mhux tas-sekulari (KK.ĠĠ. 4l§2; 43).
3. L-Ordni Franġiskan Sekular f’Malta jilqa’ b’mod sħiħ l-implikazzjonijiet tejoloġiċi tal-kelma “Professjoni”, filwaqt li jifimhom kif inhuma applikati għall-istat sekulari li fih ilFranġiskani Sekulari jwiegħdu li jgħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu fl-ispirtu tal-bejatitudni (KK.ĠĠ. 15§1).
4. Il-kandidati li jidħlu qabel ikollhom 21 sena jagħmlu l-Professjoni temporanja tarRegola OFS fuq bażi annwali għal perjodu ta’ tliet snin, kull darba wara li jingħata lgudizzju pożittiv tal-Kunsill tal-Fraternità. Fit-tielet sena tal-Professjoni temporanja, jew malli l-kandidat ikollu 23 sena, hu jagħmel il-Professjoni definittiva (KK.ĠĠ. 42§2).
5. Il-Professjoni hi att pubbliku li jorbot lill-kandidat mal-Fraternità. Dan l-att jitlob mill-kandidat l-għarfien dwar ir-responsabiltà tiegħu lejn l-għaqda sħiħa tal-Fraternitajiet OFS fid-dinja kollha. B’mod konkret dan jitlob minnu preżenza personali, xhieda fit-talb u fil-kollaborazzjoni attiva skond il-possibilità ta’ kull wieħed fl-animazzjoni tal-Fraternità proprja, u l-kontribut materjali lejn l-attivitajiet tal-Fraternità OFS fil-livelli kollha tagħha (KK.ĠĠ. 30).
Artiklu 29. Formazzjoni Permanenti
Il-formazzjoni permanenti tal-Franġiskani Sekulari hi wkoll responsabiltà serja talKunsill tal-Fraternità Lokali. Hu essenzjali li kull Fraternità Lokali jkollha librerija ta’ riferenza bażika ta’ kotba Franġiskani u dokumenti reċenti tal-Knisja u tal-moviment Franġiskan in ġenerali. L-Eżekuttiv Nazzjonali irid jieħu Hsieb jorganizza seminars, ġranet ta’ studju, jew korsijiet għall-Franġiskani Sekulari kollha. Jieħu ħsieb ukoll jippubblika gazzetta ta’ aħbarijiet dwar l-OFS u jqassamha lill-Fraternitajiet kollha, biex hekk joħloq spirtu ta’ għaqda bejniethom. L-aċċess għall-“SFO web-site” fuq l-Internet u għal CIOFSList hu għajnuna kbira għall-formazzjoni kontinwa tal-Fraternitajiet Franġiskani Sekulari.
***************************
ASSISTENZA SPIRITWALI
Artiklu 30
1. L-Unjoni tal-Ministri Provinċjali ta’ l-I Ordni Franġiskan f’Malta (OFM, OFM Conv, OFM Cap) hi inkarigata mill-”altius moderamen” rigward il-fedeltà ta’ l-OFS lejn il-kariżma Franġiskan (Codex Iuris Canonici, can. 303). Hi kompetenza tagħhom li jwaqqfu Fraternitajiet ġodda fejn hemm kunventi Franġiskani, li jagħmlu l-Viżta Pastorali u li jipprovdu Assistenti “xierqa u mħejjija tajjeb” lill-Fraternitajiet (KK.ĠĠ. 85-86,88).
2. Il-Kunsill tal-Fraternità Lokali jitlob Assistent Spiritwali, li għandu jkun religjuż Franġiskan minn dik il-Familja ta’ l-I Ordni li tassumi responsabiltà għall-assistenza ta’ dik il-Fraternità partikulari. Is-Superjur Maġġuri jintalab li jqis it-talba tal-Kunsill tal-Fraternità Lokali, li jindika ismijiet ta’ aħwa li huma meqjusin li jkunu Assistenti Spiritwali kompetenti (KK.ĠĠ. 89§2; 9l§1 u Statuti għall-Assistenza Pastorali OFS 7§1 [minn issa ’l quddiem SPA]).
3. L-Assistenti Nazzjonali jinħatru mis-Superjuri Magguri rispettivi tagħhom, wara li dawn ikunu semgħu l-Eżekuttiv Nazzjonali. L-Assistenti Nazzjonali ta’ Malta jikkostitwixxu Konferenza ta’ Assistenti Nazzjonali OFS, magħmula minn tliet aħwa, wieħed minn kull familja Franġiskana ta’ l-I Ordni preżenti f’Malta, li wieħed minnhom ikun president u l-ieħor segretarju fuq bażi ta’ rotazzjoni kull tliet snin (KK.ĠĠ. 90§3; SPA 27; 40).
4. Id-dmirijiet ta’ l-Assistent Spiritwali huma:
a. Li jġib ‘il quddiem il-għaqda mal-Knisja;
b. Li jagħti xhieda ta’ l-għaqda li teżisti bejn l-OFS u l-aħwa Franġiskani;
c. Li jikkopera fil-formazzjoni inizjali u kontinwa ta’ l-aħwa fl-OFS;
d. Li jagħti servizz pastorali, liturġiku u sagramentali lill-Fraternità (SPA 3).
5. Dawk il-Fraternitajiet li huma mwaqqfin fil-knejjes u djar Franġiskani għandhom jaħdmu biex iżommu spirtu ta’ għaqda u kollaborazzjoni mal-patrijiet. Il-gwardjani u lfraternitajiet ta’ l-aħwa għandhom jiftakru dwar l-importanza tal-Fraternità Franġiskana Sekulari bħala parti essenzjali mill-Familja Franġiskana, bi drittijiet u dmirijiet rikonoxxuti (KK.ĠĠ. 90§5).
6. F’każi li fihom ma jkunx hemm Assistenti Spiritwali kompetenti għall-Fraternitajiet kollha, jew meta Assistent wieħed irid ilaħħaq ma’ diversi Fraternitajiet, il-Kunsill talFraternità Lokali jista’ jiġi assistit minn Animatur. Biex wieħed isir Animatur, wieħed irid ikun Franġiskan Sekular profess għal perjodu ta’ almenu ħames snin, jew ukoll reliġjuża minn xi waħda mill-Kongregazzjonijiet Femmili Franġiskani preżenti f’Malta, u jirċievi taħriġ espert permezz ta’ korsijiet li huma speċifikament mogħtija għal dan il-għan. LAnimaturi jiġu indikati mill-Eżekuttiv Nazzjonali u jinħatru mis-Superjur Maġġuri kompetenti ta’ l-I Ordni. Huma jiffurmaw parti mill-Kunsill tal-Fraternità Lokali bi dritt ta’ vot. (KK.ĠĠ. 9l§3; SPA 8).
***************************
VIŻTA FRATERNA U VIŻTA PASTORALI
Artiklu 31
1. Il-Ministru Nazzjonali, bl-approvazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali, jitlob il-Viżta Fraterna mill-Ministru Ġeneral jew delegat darba kull tliet snin. Il-Ministru, Nazzjonali, jew il-persuna delegata, jagħmel il- Viżta Fraterna darba kull sena u nofs lill-Fraternitajiet Lokali kollha. Programm tal-Viżta Fraterna għandu jintbagħat lill-Fraternitajiet kollha. IlViżitatur ma jistax ikun membru tal-Fratemità li se jżur (KK. ĠĠ. 93).
2. Il-Ministru Nazzjonali, bl-approvazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali, jitlob il-Viżta Pastorali tal-Fraternità Nazzjonali darba kull tliet snin mill-Konferenza ta’ l-Assistenti Ġenerali. Jitlob ukoll mill-Unjoni tal-Ministri Provinċjali ta’ l-I Ordni Franġiskan l-Viżta Pastorali lill-Fraternitajiet Lokali (KK.ĠĠ. 94).
3. Fil-Viżti Fraterni lill-Fraternitajiet Lokali jew lill-Fraternità Nazzjonali, il-Viżitatur irid jingħata r-reġistri u l-atti tal-Kunsilli rispettivi biex jeżaminahom. Dawn iridu jinkludu d-dokumentazzjoni relattiva għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli, il-minuti tal-laqgħat talFraternità u l-Kunsill, il-pjan tal- formazzjoni, u l-amministrazzjoni finanzjarja talFraternità. Il-Viżitatur imbagħad jikteb relazzjoni dwar il-Viżta tiegħu.
4. Fil-Viżti Pastorali lill-Fraternitajiet Lokali jew lill-Fraternità Nazzjonali, il-Viżitatur għandu jeżamina r-reġistri ta’ ammissjonijiet u professjonijiet, il-ħajja tat-talb tal-Fraternità u l-mod kif l-Assistent Spiritwali jew Animatur qed jaqdi dmiru.
5. Fil-każ tal-Viżti Fraterni u Pastorali lill-Fraternitajiet Lokali, tista’ ssir laqgħa bejn il-Viżitatur u l-Gwardjan tad-dar Franġiskana li magħha hi annessa l-Fraternità. Fil-każ talViżti Fraterni u Pastorali lill-Fraternità Nazzjonali, tista’ ssir laqgħa bejn il-viżitatur u lMinistri Ptovinċjali tal-Familji Franġiskani ta’ l-I Ordni.
6. Kull meta membru tal-CIOFS jagħmel Viżta Fraterna, il-Kunsll Nazzjonali għandu joffri li jħallas l-ispejjeż kollha relattivi għall-vjaġġ bl-ajru u spejjeż oħrajn ta’ vjaġġi, kif ukoll jaħseb għall-”full board lodging” tal-Viżitatur. Kull meta Assistent Ġenerali jagħmel Viżta Pastorali, l-ispejjeż kollha relattivi għall-vjaġġi u l-permanenza tiegħu jitħallsu millProvinċja tal-Familja Franġiskana ta’ l-I Ordni li tagħha ikun membru l-Viżitatur.
***************************
RELAZZJONI MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FRANĠISKANI
Artikiu 32
1. Iż-Żgħażagħ Franġiskani (GIFRA) huma awtonomi mill-Ordni Franġiskan Sekular. Fl-istess ħin, iżda, huma jaqsmu l-istess ispirazzjoni komuni Franġiskana. Għal din ir-raġuni għandhom jinżammu relazzjonijiet tajbin bejn l-OFS u l-GIFRA (KK.ĠĠ. 96-97).
2. Il-Fraternitajiet Nazzjonali u Lokali għandhom iħeġġu inizjattivi komuni mażŻgħazagħ Franġiskani, filwaqt li jirrispettaw il-karattru awtonomu tal-GIFRA. Huma għandhom jieħdu sehem kull meta ż-Żgħażagħ Franġiskani jagħmlu l-wegħda tagħhom. Hu irrikmandat li l-Fratemità taħtar xi membri aktar żgħażagħ fl-età biex iżommu kuntatt malGIFRA u jorganizzaw laqgħat li fihom iż-Żgħażagħ Franġiskani jesprimu l-identità Franġiskana komuni b’modi li jappellaw għalihom. Delegat Franġiskan Sekular jinħatar biex jagħmel parti mill-Kunsill Nazzjonali GIFRA. Jixraq li jiġi elett delegat GIFRA profess fl-OFS biex jagħmel parti mill-Kunsill Nazzjonali OFS.
***************************
KOMUNJONI MAL-FAMILJA FRANĠISKANA
U MAL-KNISJA
Artiklu 33
1. Il-Franġiskani Sekulari għandhom jaħdmu biex juru spirtu ġenwin ta’ għaqda bejniethom u mal-Familja Franġiskana, billi jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet komuni malpatrijiet ta’ l-I Ordni, mas-Sorijiet Klarissi, mal-Kongregazzjonijiet Franġiskani femminili u ma’ Istituti Sekulari Franġiskani (KK.ĠĠ. 98).
2. L-Eżekuttiv Nazzjonali jibgħat relazzjoni annwali fuq l-Ordni Franġiskan Sekular lid-Delegat għal-Lajċi tal-Konferenza Episkopali ta’ Malta, u jiżgura li d-dettalji korretti rigward l-OFS jitniżżlu fid-direttorji annwali tad-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex (KK.ĠĠ. 99-100).
***************************
INTERPRETAZZJONI U EMENDI
GĦALL-ISTATUTl NAZZJONALI
Artjklu 34
Dawn l-Istatuti jistgħu jiġu emendati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti waqt il-Kapitlu Nazzjonali Elettiv. L-Emendi huma suġġetti għal approvazzjoni mill-CIOFS. L-interpretazzjoni ta’ l-Istatuti hi l-kompetenza tal-CIOFS. Irid isir rikors f’Ruma kull darba li tinqala’ diffikultà fl-interpretazzioni ta’ l-Istatuti.
Saturday, May 31, 2008
Subscribe to:
Posts (Atom)